Karozza taqa’ f’wied; żagħżugħa gravi

Żewġ żgħażagħ ittieħdu l-isptar, waħda minnhom f'kundizzjoni gravi, wara li karozza waqgħet fiż-żona magħrufa bħala Għar Ħanżir, f‘Wied il-Kbira f’Ħal Qormi.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30pm.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Mosta li tilef il-kontroll tagħha.
Passiġġiera miegħu kien hemm żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Mosta, żagħżugħ ieħor ta’ 22 sena mill-Munxar, żagħżugħa ta’ 21 sena mill-Iklin u oħra ta’ 21 sena minn San Ġwann.
Iż-żagħżugħa minn San Ġwann qed issofri minn ġrieħi gravi. It-tfajla mill-Iklin ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.
Ritratt: Arkivji