​Karozza taqa’ fil-baħar fil-Gżira

Karozza waqgħet fil-baħar fil-marina tal-Gżira, fejn bħalissa għaddasa qed jippruvaw jistabbilixxu x’ġara.
Kelliem għall-Pulizija qal li ġew infurmati għall-ħabta tas-1pm u li mill-ewwel indikazzjoni jidher li ma kienx hemm nies fil-karozza.
Aktar dettalji kif jaslulna.