Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza tal-linja

Żagħżugħ ta' 25 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza tal-linja fil-Marsa.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-4pm, meta ż-żagħżugħ kien qed jaqsam Triq Diċembru 13.  Għal xi raġuni huwa ntlaqat minn vettura tal-għamla King Long li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-Marsa, misjuqa minn raġel ta' 59 sena miż-Żejtun. 
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. 
Ritratt: Malta Police Force