Filmat: Karozza tal-linja tinħakem minn nirien

Karozza tal-linja nħakment minn nirien f’San Pawl il-Baħar. Skont kelliem għall-Pulizija ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu.
Bħalissa għaddeja ħidma mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jintefa n-nar. Sorsi minn fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li x-xufier innota n-nar fil-parti ta' quddiem tal-vettura. Waqaf mal-ġenb u ħareġ il-passiġġiera kollha minnufih. Intant fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li skattat proċedura ta' emerġenza u li tinsab fuq il-post biex tassisti lis-servizzi tal-emerġenza. Is-sewwieq sofra minn xokk.
Triq il-Mosta għalissa se tinżam magħluqa għat-traffiku. Is-sewwieq huma mitluba jsibu rotta alternattiva.
Transport Malta qed tinvestiga
Sadanittant, fi stqarrija Trabsport Malta qalet li qed tinvestiga dan il-każ.
"L-investigazzjoni se tipprova tiddetermina l-kawża tal-inċident u se tgħin lil Transport Malta toħroġ b’rakomandazzjonijiet biex tonqos il-possibilità t’inċidenti simili fil-futur", qalm il-kelliem għall-kumpanija.
L-awtorità rri8ngrazzjat lix-xufier li ħa azzjoni minnufih u evita riperkussjonijiet aktar serji.
Temmet tirringrazzja wkoll lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Filmati: Christopher Bray u Matthew Azzopardi