Tas-CPD imsejħa f’San Ġwann; dħaħen minn karozza tal-linja

Aġġornat 11:01 AM

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu ssejħu f’San Ġwann hekk kif daħlitilhom informazzjoni li karozza tal-linja kienet qed tieħu n-nar.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fit-8.05am fi Triq in-Naxxar. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif il-passiġġieri laħqu niżlu. Żied jgħid li minkejja li l-ewwel informazzjoni li daħlitilhom kienet li kien hemm xi nirien, irriżulta li kien ħiereġ duħħan minn naħa ta’ wara tal-karozza tal-linja.