Karozza tal-linja tieħu n-nar fiċ-Ċirkewwa

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li ħadd ma weġġa’ meta karozza tal-linja ħadet in-nar fiċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ illum wara nofsinhar.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post.
Ma kienx magħruf x’ikkawża n-nirien.

Ritratt: Arkivji