Aġġornata: Mara tweġġa’ f’ħabta ma’ karozza tal-linja

Mara weġġgħet ħafif f'inċident li seħħ bejn karozza tal-linja u żewġ karozzi fi Triq Reġjonali l-Imsida.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30am. 
Il-mara ta' 27 sena minn Ħaż-Żabbar li kienet qed isuq karozza minnhom weġġgħet fl-inċident.
Ix-xufier tal-karozza tal-linja residenti Ħal Qormi għandu 41 sena. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn mara ta' 22 sena minn Birkirkara.
Ritratt: Jóhannes Gauchi