Karozza tal-linja taħbat f’bankina

Ħadd ma weġġa’ meta karozza tal-linja ħabtet f’ San Ġiljan.
L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ fl-4.30pm.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-karozza tal-linja aktarx ħabtet f’bankina.
Mad-daqqa ħareġ iż-żejt tal-magna u kellha tingħalaq it-triq sakemm membri tal-protezzjoni ċivili jneħħu ż-żejt.
Ritratt: Waqfet Tal-Linja – Welcome to the Jungle Malta Waqfet Tal-Linja- Welcome to the Jungle Malta