Karozza taħbat m’arblu tad-dawl, jindarbu tlett żgħażagħ

Raġel ta’ 58 sena, residenti Bormla tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, bil-konsegwenza li l-karozza laqtet il-bankina fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-karozza kellha impatt ma’ arblu tad-dawl u wara ma’ ħajt. Dan seħħ għal ħabta tal-14:45pm.

Fil-karozza kien hemm ukoll tliet passiġġiera – żewġ ġuvintur ta’ 18-il sena u 20 sena u tfajla ta’ 15-il sena, lkoll residenti Bormla.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ghall-assistenza.

It-tliet żgħażagħ ittieħdu l-isptar Mater Dei. Il-ġuvni ta’ 18-il sena sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. It-tfalja ta’ 15 –il sena sofriet ġreħi ħfief. Il-kundizzjoni tal-ġuvni ta’ 20 sena s’issa mhux magħrufa, iżda qed jingħata l-kura.

Il-Pulizija qed tinvestiga.