Fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ siġra fis-Siġġiewi

Aġġornat 10:36 AM

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat f’siġra, bil-karozza tiegħu, fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, fit-7.45am fil-limiti ta’-Għajn il-Kbira, viċin iċ-ċimiterju tas-Siġġiewi. Ir-raġel ta’ 36 sena mill-Imtarfa għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat ġo siġra.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.