Karozza tibqa’ dieħla f’ħajt fi Triq il-Kosta

Karozza misjuqa minn raġel ta’ 20 sena minn San Pawl il-Baħar ħabtet f’ħajt dalgħodu.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ fi Triq il-Kosta għall-ħabta tal-10.10am. Qal li karozza waħda tilfet il-kontroll u spiċċat baqgħet dieħla f’ħajt ta’ propjetà. Jidher li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.

Skont il-paġna Maltese Roads Traffic Updates, it-triq kienet magħluqa għal xi ħin. Madanakollu ma kienx ikkonfermat liema karreġġjata kienet ġiet affettwata.