Karozza ssuq fuq in-nies waqt iċ-ċelebrazzjonijiet f’Tokjo

REUTERS/Kim Kyung-Hoon

Karozza saqet għal fuq iċ-ċorma nies li kienet qed tiċċelebra t-tmiem tal-2018 u l-bidu tal-2019 f’Tokjo f’attakk li qed jiġi suspettat bħala wieħed terroristiku. L-attakk ħalla tmien persuni midruba, inkluż persuna li ntilfet minn sensieha kawża tal-inċident.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Reuters li s-suspettat li għandu madwar 20 sena ġie arrest u kien hu li ddeskriva dan l-inċident bħala wieħed terroristiku. Madanakollu l-kelliem irrifjuta li jagħti aktar dettalji dwar il-każ.

L-inċident seħħ ftit wara t-tokki ta’ nofs il-lejl f’żona turistika popolari fiż-żona ta’ Harajuku fiċ-ċentru ta’ Tokjo.