Karozza ssuq fuq in-nies f’Londra

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li karozza laqtet numru ta’ persuni mixjin fit-triq viċin komunità Musulmana f’Londra. Il-pulizija qalu li dan l-inċident ma kienx relatat ma’ terroriżmu.

Ġie rrappurtat li persuni fil-karozza li saqet fuq in-nies għaddew kummenti iżlamofobiċi qabel ma telqu mill-post tal-inċident.

Il-Pulizija Metropolitana ta’ Londra stqarret li filwaqt li l-inċident mhux jiġi ttrattat bħala wieħed terroristiku, mhux qegħdin jeskludu li dan kien att ta’ kriminalità instigata minn mibgħeda (hate crime).

Il-pulizija ġew imsejjħa fuq il-post tal-inċident ftit wara nofsillejl. Iż-żewġ persunli li ttieħdu l-isptar qegħdin isofru minn ġrieħi ħfif.