Karozza oħra tieħu n-nar…illum fl-Iklin

Għadu mhux magħruf jekk weġġax xi ħadd f’nirien li ħakmu karozza fl-Iklin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ dalgħodu.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu fuq il-post.
Ilbieraħ filgħaxija karozza li kienet ipparkjata fis-Swieqi ġarrbet ħsarat estensivi wara li ħadet in-nar.
Ritratt: MDT