Karozza oħra tieħu n-nar, din id-darba fil-Fgura

Karozza oħra ħadet in-nar il-lejl li għadda, din id-darba fil-Fgura.
L-inċident seħħ fi Triq Blandun għall-ħabta tad-9.30pm.
Dan huwa t-tielet inċident simili din il-ġimgħa, hekk kif ilbieraħ karozza oħra ħadet in-nar fl-Iklin.
Inħatret inkjesta immexxija minn Natasha Galea Sciberras.