​Karozza misruqa tinstab fil-baħar

Karozza misruqa nstabet f’qiegħ il-baħar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li diversi voluntiera bl-għan li jnaddfu l-baħar f’Miġra l-Ferħa fil-limiti tar-Rabat sabu din il-karozza.
Il-vettura ttieħdet fil-garaxx tal-Pulizija fejn bdiet investigazzjoni mit-taqsima tal-vetturi misruqa (SVS).
Il-vettura kienet insterqet f’Mejju f’San Pawl il-Baħar.
Ritratt: Life BaĦAR for Natura 2000