Karozza mgħarrqa f’irkant fuq ebay għall-karità

Karozza li dehret fl-aħbarijiet madwar id-dinja kollha meta għerqet fl-għarar ta’ Somerset fir-Renju Unit qiegħda tinbiegħ fuq ebay.
Sidha irid li jiġbor il-flus għall-vittmi tal-għargħar li ħakmu ż-żona fix-xhur li għaddew.
S’issa saru 32 offerta bl-ogħla waħda taqbeż it-€42,000. L-irkant jagħlaq illejla fid-9pm.
Sid il-karozza, Hubert Zajaczkowski, kellu jabbanduna l-karozza fi triqtu lejn id-dar mix-xogħol f’lejliet il-Milied meta l-ilma tela’ sa rkuptejh.
Meta sa fl-aħħar il-livell tal-ilma naqas, huwa seta’ jiġbor il-karozza li kienet mimlija ħmieġ.
Meta l-karozza kienet mgħarrqa fl-ilma, kienu jgħaddu n-nies fid-dgħajjes minn ħdejha. Sidha qal li konvint li min se jagħmel l-ogħla offerta iridha għax għandha storja.
Bi tbissima jirrakkonta li minn ħdejha għaddew saħansitra il-Prinċep Karlu u David Cameron.