Karozza f’Ħal Qormi u oħra fis-Siġġiewi jieħdu n-nar

Żewġ karozzi ħadu n-nar waqt illejl li għadda f’żewġ inċidenti separati. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt, li l-ewwel każ seħħ fi Triq Lapsi fis-Siġġiewi ‘l bieraħ għall-ħabta tal-10.30pm filwaqt li t-tieni każ seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ filgħodu fi Triq in-Naħal f’Ħal Qormi. Filwaqt li ħadd ma weġġa’ fiż-żewġ każijiet, il-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li huwa maħsub xi ħadd ta n-nar lill-karozzi.