Karozza f’daħna… is-Samaritan it-Tajjeb għadu jeżisti!

Kultant, att żgħir jista’ jfakkar f’kemm inħossuna tajjeb meta ngħinu. U biex turi dan, il-marka Burger King ħolqot xenarju apposta b’karozza f’daħna, li tagħtik l-impressjoni li qed taqbad, fit-triq u rrekordjat ir-reazzjonijiet reali tan-nies f’filmat qasir bl-isem ‘The Good Samaritan Whopper sandwich’.
Fi stunt soċjali maħsuba biex tixħet dawl fuq it-tajjeb tal-umanità, Burger King poġġiet karozza bid-duħħan tiela’ fi triq f’Vasquez Canyon, f’Kalifornja, u membru tal-kru qagħad fil-ġenb tat-triq iwaqqaf lil dawk li jkunu għaddejjin. Dawk li waqfu biex jgħinu kellhom sorpriża tistenniehom – The King, magħruf għax-xiwi sa mill-1954, jixwi l-Whopper sandwiches fil-parti ta’ quddiem tal-karozza.
Il-film juri t-tħassib ġenwin ta’ dawk li waqfu biex jgħinu, li malajr jieħdu r-ruħ malli jindunaw li l-fjammi tan-nar kienu ġejjin minn taħt il-grilja u mhux mill-magna tal-karozza. Dawn is-samaritani t-tajba kienu lesti jgħinu b’kull mod – min ġera biċ-ċilindru tat-tifi tan-nar u min saħansitra pprova jitfi l-fjammi b’ponn ramel.
Tista’ tara l-filmat ‘The Good Samaritan Whopper sandwich’ minn hawn. 
Il-marka Burger King hi operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.