Karozza bomba toqtol 40 ruħ fil-Yemen

Karozza li splodiet barra l-akkademja tal-pulizija fil-belt ta’ Sanaa, il-kapitali tal-Yemen, ħalliet minn tal-inqas 38 persuna mejta.
Għexieren ta’ nies oħra weġġgħu u l-isplużjoni nstemgħet mill-belt kollha.
Fil-ħin tal-isplużjoni, viċin il-karozza kien hemm grupp ta’ studenti.
Sa issa għadu mhux magħruf jekk ir-raġel li sploda lilu nnifsu fil-karozza hux affiljat ma’ grupp terroristiku. 
Attakk simili kien sar fil-passat, grupp lokali affilljat mal-al Qaeda.