Aġġornata (1): Karozza-bomba oħra f’Kabul; 24 il-mejta

Minn tal-inqas 24 persuna mietet u 42 oħra ndarbu wara karozza-bomba f’Kabul, il-kapitali Afgana.
L-attakk seħħ ftit qabel is-7am ħin lokali, fi nħawi residenzjali ppopolata l-aktar minn Musulmani Xiti, minorità ppersegwitata fl-Afganistan.
L-isplużjoni laqtet xarabank mimli ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu fil-mini.
L-attakk seħħ qrib il-mexxej tal-Ħażara, Mohammed Mohaqiq, u kelliem għall-Gvern Afgan qal li aktarx l-attakk kien immirat lejn il-politiku, iżda dawn "twaqqfu mill-għassiesa".
Il-Ħażara huwa grupp etniku ta’ nies jitkellmu bil-Persjan, li prinċipalment jinsabu fiċ-ċentru tal-pajjiż, u huma t-tielet l-akbar grupp etniku fl-Afganistan.
It-Talibani refgħu r-responsabbiltà tal-attakk.
Dan l-attakk viljakk ikompli jżida maċ-ċifra vjolenti ta’ attakki simili fl-aħħar snin f’Kabul.
Minn tal-inqas 1,662 persuna nqatlet f’attakki bħal dawn f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena.
Ġimagħtejn ilu l-Istat Iżlamiku wettaq attakk bħal dan f’moskea li ħasad il-ħajja ta’ 4 persuni.
Fl-aħħar ta’ Mejju li għadda, 150 persuna mietu wara li trakk mimli splussiv sploda ġan-nies, skont il-figuri tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Kabul waħedha tammonta għal 20% tal-imwiet taċ-ċittadini fl-Afganistan minħabba attakki terroristiċi.