Karozza bomba fil-Libja; 2 mejta

Żewġ persuni inqatlu u erba’ ndarbu b’karozza bomba viċin wieħed mill-akbar portijiet taż-żejt fil-Libja.
Il-vittmi jinkludu gwardja li kien ikun stazzjonat mal-punt ta’ kontroll tal-port, kif ukoll persuna li kienet għaddejja fit-triq.
Il-militanti Iżlamisti għamlu għadd ta’ attakki simili bil-għan li jintimidaw il-forzi tas-sigurtà tal-pajjiż f’żoni ta’ kontroll fl-aħħar xhur.