Aġġornata: Tarbija u omm l-isptar wara li karozza daħlet f’arblu

Tarbija ta' ħames xhur kellha tittieħed l-isptar flimkien ma' ommha wara li l-karozza li kienu fiha daħlet f'arblu.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa. 
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta' 57 sena residenti Wied il-Għajn. Skont il-Pulizija, l-omm għandha 30 sena.
It-tarbija u l-omm qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Ritratti: Ian Noel Pace