Karol Aquilina jsaqsi kemm ingħataw maħfra mill-piena

Il-Membru Parlamentari Karol Aquilina saqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici biex jagħti sena b’sena sa mis-sena 2013, kemm-il każ kien hemm li fih l-Imħallef li jkun qagħad f’kawża irrakkomanda lill-President li persuna kkundannata tingħata maħfra jew nuqqas fil-piena.

Waqt is-seduta, Aquilina saqsa biex isir magħruf x’kienu l-każijiet jekk qatt kien hemm xi każ li ingħata l-maħfra u f’kemm il-każ ingħata tnaqqis ta’ piena. Għal din il-mistoqsija, l-Ministru Bonnici qal li kien hemm każ wieħed fejn l-Imħallef irrakomanda lill-President ta’ Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena. Bonnici qal ukol li hu infurmat li dan ma kienx l-ewwel każ ta’ din ix-xorta fl-istorja legali riċenti ta’ Malta.