Karnival taħt ix-xita?

Hekk kif qed joqorbu l-jiem mistennija tal-karnival, jista jkun li din is-sena d-dilettanti tal-karnival ikunu naqra diżappuntati bit-temp.

Dan għaliex skond is-sit tal-uffiċċju meterjoloġiku, fil-ġurnata tal-ħamis mistennija jibdew ħalbiet tax-xita bir-ragħad.

Is-Sibt u l-Ħadd ukoll mistennija ħalbiet tax-xita, filwaqt li l-ġimgħa għandu jkun hemm riħ u xita.

Nawguraw li dan jinbidel sakemm jersaq tmiem il-ġimgħa, sabiex ikun apprezzat l-isforz ta’ matul is-sena tal-mijiet ta’ dilettanti.