Aġġornata: Karmenu Vella se jkun nominat għal Kummissarju Ewropew

Aġġornata: Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fiha tħabbar it-tibdil fil-kabinett li se jidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa li ġej, intqal li l-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lil Karmenu Vella għall-Kummissarju Ewropew.
Dr Edward Zammit Lewis se jkun qed jieħu f'idejh il-Ministeru tat-Turiżmu.

Aktar kmieni:
Fuq Twitter tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jkun qed jinnomina lill-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella għall-kariga ta' Kummissarju Ewropew.
Karmenu Vella se jkun qed jieħu post il-Kummissarju Ewropew Malti Tonio Borg meta fix-xhur li ġejjin se jtemm il-kariga tiegħu fil-Kummissjoni Ewropea.