Karl x’se jaqbad jagħmel?

Fis-47 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Feliċ u Flusu jiltaqgħu. Fuq xiex se jitkellmu? Frankie lil min qed jistenna? X’inhu jimmaġina? U Nadia għaliex irrabjata ħafna?

Manwela tibgħat vidjow lil Decelis. X’se jagħmel?

Fejn se tmur Valentina? Karl lil min se jċempel? Il-persuna li huwa jċempel x’se tkun qed tgħidlu? Karl x’se jagħmel issa?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haver u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.