Awdjo: Karl Wright jinħatar Ċermen tal-Istitut tal-Ġurnalisti

Il-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt Karl Wright inħatar bħala ċ-Ċermen il-ġdid tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Huwa se jkun qed jieħu post l-eks-Ċermen Malcolm J. Naudi li għażel li jħalli din il-kariga wara 14-il sena.
Fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ Newsbook.com.mt, Karl Wright, li huwa wkoll il-maniġer tal-RTK, irringrazzja lill-membri tal-Istitut għall-appoġġ waqt li ħeġġeġ għal parteċipazzjoni sħiħa mill-ġurnalisti.
Qal li l-intenzjoni tiegħu hi li jiltaqa' ma' ġurnalisti rappreżentanti minn kull karma tal-aħbarijiet f’Malta sabiex flimkien ifasslu l-prioritajiet ewlenin li l-ġurnalisti jħossu li l-IĠM għandu jindirizza.
Wright talab lill-ġurnalisti sabiex jaħdmu id f'id f'ġieh informazzjoni korretta u etika. 
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed jaħdem sabiex jitneħħa l-libell kriminali minn fuq il-kotba tal-Istatut Nazzjonali li dwar dan, il-Gvern mistenni jressaq white paper iktar tard din is-sena.
Ritratt: Photocity, Valletta