Karl u Owen jiġġieldu mal-gang ta’ Jurgen ix-Xafra

James Zammit Gauci u Indri Attard. Ritratt: Mario Mintoff

Illejla fid-8.45pm l-istazzjon Net se jkun qed ixandar żewġ episodji oħra mis-sensiela Rubini, miktub minn Sharon Calleja.

Fl-ewwel puntata tal-lejla, li hija s-seba’ waħda, tispikka l-mistoqsija ta’ fejn hi l-home tat-tfajliet? Tania tmur tfittixha iżda ma ssibhiex. Ġanni jibda jinkwieta għal Tania li tagħmel rapport għax tibda taħseb li l-home ma teżistix.

Fil-garaxx ta’ Robbie tiġi Sidney għall-ewwel darba u tiffansjah mal-ewwel. Xi tkun ir-reazzjoni ta’ Robbie? Issir ġlieda bejn Karl u Owen u l-gang ta’ Jurgen ix-Xafra….

Fit-tieni puntata tal-lejla, li hija t-tmien waħda minn din is-sensiela, niskopru min jidħol fil-flat ta’ Charlene tard bil-lejl. Fernando jibda jgħin lil Tania tfittex lit-tfajliet. Tgħid Robbie jirnexxielu jibda relazzjoni ma’ Sidney?

Il-pulizija jibdew ifittxu lit-tfajliet. Min hu dak ir-raġel li jmur id-dar ta’ Tania biex jagħtiha l-informazzjoni fuq Jasmine u Samantha? U x’jiġrilha Tania meta ddaħħlu d-dar?

Fost oħrajn jieħdu sehem Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo.