Karl Micallef u Bernard Sammut rebbieħa

Karl Micalled rebaħ fil-finali tal-Autocross Modified mill-klassi A filwaqt li Noel Zammit u Jean Paul Grech kisbu it-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fil-klassi B imbagħad kellna lil Ryan Scicluna li kiseb l-ewwel post b’Richard Spiteri u Brandon Lee Vassallo jiskbu it-tieni u t-tielet post rispettivament.

L-għada ta’ dan il-finali, Bernard Sammut rebaħ il-klassi A tal-kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro li sar f’San Lawrenz. Sammut iddomina din il-klassi u rnexxielu jikseb l-inqas ħin, dak ta 2 minuti u 55 sekonda, biex b’hekk kien l-aktar veloċi fost il-konkorrenti.

L-Assoċjazzjoni Sport, Muturi u Karozzi se tkun qed torganizza l-aħħar attività tagħha mill-Kampjonat Nazzjonali tat-Trials għal din is-sena f’Ta’ Qali. L-attività hija bla ħlas u mistennija li tibda fis-6pm.