Karl kif se jirreaġixxi meta jisma’ r-recording?

Fl-episodju tal-lum minn Ħbieb u Għedewwa, Winnie terġa’ lura d-dar. X’se tgħidilha lil ommha dwar Benjamin?

Għaliex Flusu jiltaqa’ ma’ Henry. Karl x’reazzjoni se jkollu meta jisma’ r-recording? U għaliex Turu jinsab irrabjat ħafna?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-episodju tal-lum ikollu repetizzjoni għada l-Erbgħa fl-10.15am.