Karl Gouder jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala MP

Karl Gouder illejla ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari fil-bidu tas-seduta Parlamentari, wara li ħa post il-Professur Albert Fenech li rriżenja mill-Parlament nhar is-Sibt li għadda.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħatru bħala Kelliem għall-Kultura. Ir-responsabbiltajiet tiegħu jinkludu l-arti, il-wirt kulturali, is-setturi tal-kreattività u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Fl-intervent tiegħu Karl Gouder qal li għalih hu ta’ unur u privileġġ li jkun fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Qal li se jimxi b’lealtà u onestà lejn il-Kamra u qal li dejjem ħa jipprova jagħmel l-affarijiet kif hu jaħseb li hu l-aħjar, anke jekk kultant ikun hemm nuqqas ta’ qbil.
Irringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, lill-familja u lill-partnertiegħu, lill-kostitwenti kollha tal-10 distrett u lill-Ġiljaniżi kollha.
Sosta li se jkompli jservi lill-kostitwenti kollha tad-distrett tiegħu fil-Parlament.
Din se tkun it-tieni esperjenza għal Karl Gouder fil-Parlament wara li serva fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna bejn l-2010 u l-2013.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott