Karl fuq xiex se jaħseb?

Ħbieb u Għedewwa jkompli llum billi nibdew naraw lil Karl jaħseb fuq dak li kien ġara fl-aħħar ġranet. Chris għaliex tlewwem ma’ Frankie u x’qallu Etienne?

Joyce qalet xi ħaġa lil Winnie li biha ssorprendietha. X’qaltilha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Ir-repetizzjoni tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10.15am.