Karl Cutajar jirriżenja minn direttur f’Fort Security Services

Karl Cutajar, iż-żgħażugħ ta’ 18-il sena li kien appuntat bħala direttur u shareholder f’isem il-Gvern fil-kumpanija imwaqqfa dan l-aħħar Fort Security Services, irriżenja mir-rwol tiegħu f’din l-istess kumpanija.
Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fi tweġiba għal mistoqsija supplimentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Cardona saħaq li fl-ittra tiegħu, Cutajar spjega li r-riżenja tiegħu kienet maturata “wara li [huwa] kien vittimizzat politikament”
Il-ħatra ta’ Cutajar qajmet kontroversja frott l-età żgħażugħa tiegħu kif ukoll il-fatt li jiġi miċ-Chief of Staff tal-istess Ministru, Mario Azzopardi