Karist issa għal New York!

Il-film Limestone Cowboy ta’ Take2 Entertainment għadu sejjer tajjeb fiċ-ċinema lokali hekk kif illum jidħol fit-tielet ġimgħa minn mindu nħareġ.

Il-film, bl-atturi Paul Portelli, Davide Tucci, Irene Christ, Paul Cilia u Mark Doneo fost oħrajn, għandu kitba ta’ Carlos DeBattista u Jon Mallia, b’direzzjoni ta’ Abigail Mallia, intlaqa’ tajjeb u milli jidher se nkomplu nisimgħu aktar bih.

Fil-fatt Carlos u Abigail permezz tal-mezzi soċjali ħabbru li l-film issa se jkollu xi screenings fi New York, li għalihom se jkunu qed jattendu wkoll Davide Tucci u Paul Portelli. Qalu wkoll li wieħed minn dawn l-iscreenings huwa diġà fully booked.

Limsetone Cowboy hu film li hu mnebbaħ minn avvenimenti li seħħew tassew f’Malta. Ilaqqagħna ma’ Karist Camilleri li bħala l-Limestone Cowboy, kandidat indipendenti, joħlom li jsir il-Prim Ministru ta’ Malta. Għalhekk, mgħejjun minn bosta ħbieb mill-każin tar-raħal kif ukoll minn Tommy, karattru tassew partikolari li jieħu f’idejh il-kampanja politika. il-Limestone Cowboy jibda jwassal il-messaġġ tiegħu lill-poplu biex jivvutalu fl-elezzjoni ġenerali.  Iżda kemm fil-fatt ikunu dawk li qed jieħduh bis-serjetà minkejja l-folol kbar li jattira?

https://www.youtube.com/watch?v=PDCGv3csSdE

Intant Take2 Entertainment qed jippjanaw ukoll biex fl-istaġun televiżiv ġdid iwasslu aktar produzzjonijiet.

Wara Miraklu li xxandret bejn Ottubru u Diċembru, issa jmiss is-serje Merjen ta’ Salvu Mallia.