Kariga ġdida għal Andrew Azzopardi fil-Belt tal-Vatikan

Il-Kap tas-Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, ingħata kariga f’Caritas Internationalis fil-Belt tal-Vatikan.

Dan ħabbru permezz ta’ post fuq Facebook fejn spjega li f’dan l-irwol il-ġdid se jkun responsabbli mis-salvagwardja u l-integrità ta’ ‘l fuq minn 160 organizzazzjoni membru tal-Caritas. Sostna li jinsab ħerqan li jibda din il-kariga ġdida sabiex isaħħaħ it-taħriġ li jsir fi ħdan il-Caritas Confederation.

I am honoured to announce my appointment at Caritas Internationalis at the Vatican City. In this newly created role, I…

Posted by Andrew Azzopardi on Tuesday, May 28, 2019

Qal li jirringrazzja lil Alla li ngħata l-opportunità li jservi u jiddefendi lit-tfal u l-persuni l-aktar vulenrabbli fis-soċjetajiet kollha madwar id-dinja. Intant spjega li xorta se jibqa’ fil-kariga tiegħu bħala Kap tas-Safeguarding Commission li sservi kemm lil Malta kif ukoll lil Għawdex.

Caritas Internationalis hi konfederazzjoni ta’ 165 organizzazjoni nazzjonali fi ħdan il-Knisja Kattolika. In-network ta’ membri ta’ Caritas Internationalis jaħdmu flimkien għall-eradikazzjoni tal-faqar, ġustizzja soċjali u żvilupp sħiħ tal-bniedem.