Karì tat-tiġieġ

Ingredjenti

2 basliet imqattgħa rqaq

3 irjus tat-tewm imqatta’

2 mgħaref żejt

200g tadam imqatta’ biċċiet

2 mgħaref karì

kuċċarina trab tal-ġinġer

400g laħam tat-tiġieġ imqatta’ f’biċċiet

100ml jogurt plain

melħ u bżar

Metodu

Aqli għal ftit minuti fiż-żejt il-basal u t-tewm. Żid it-tadam, il-karì u l-ġinġer u sajjar għal 3 minuti waqt li tħawwad il-ħin kollu. Jekk ikun hemm bżonn tista’ żżid ftit ilma waqt is-sajran.

Żid il-biċċiet tat-tiġieġ u waqt li tara li dawn ikunu nksew tajjeb bit-taħlita, kompli sajjar sakemm jieħdu kulur kannella u meta tniggiżhom b’sikkina ma joħroġx likwidu roża.

Meta tara li t-tiġieġ ikun sar ferragħ l-jogurt u roxx ftit melħ u bżar.

Servi fuq platt ross imsajjar tajjeb.