Karì biċ-ċanga

karì-tac-canga

Ingredjenti

1 kilo ċanga mqattgħa f’biċċiet ta’ 3ċm

2 kuċċarini żejt

basla żgħir mqattgħa biċċiet kbar

4 rjus tat-tewm, maħkuka

nofs kuċċarina kannella

nitfa cayenne

2 mgħaref trab tal-karì

2 bottijiet ħalib tal-coconut

melħ u bżar

jogurt

Ross mgħolli

Metodu

Ħawwar il-laħam bil-melħ u l-bżar. F’borma saħħan iż-żejt fuq nar moderat. Żid iċ-ċanga u sajjar, aqleb darba, sakemm tieħu kulur dehbi, madwar 3-5 minuti fuq kull naħa. Ittrasferixxi għal  fuq platt.

Żid il-basla fit-taġen u sajjar sakemm tkun ratba, madwar 5 minuti. Żid it-tewm u l-ħwawar u sajjar  għal madwar minuta. Żid il-ħalib u saħħan sakemm jibda jagħli.

Baxxi n-nar, żid iċ-ċanga, u kompli ħalliha ttektek sakemm tara li l-laħam ikun sar, madwar siegħa. Xi kultant iċċekkja li ma jkunx nixef il-ħalib tal-coconut. Fil-każ żid ftit brodu taċ-ċanga.

Servi mal-jogurt u ross mgħolli.