Kareġġjati ġodda: Ara minn fejn trid tgħaddi mill-Marsa

Read in English.

Infrastructure Malta ippubblikaw ir-rotot temporanji li nfetħu sakemm jitlestew l-ewwel 2 flyovers tal-Marsa Junction Project. Dawn ir-rotot huma li jgħaddu bejn il-Marsa, Santa Luċija, Ħal Luqa u l-Ajruport.

Fi Triq Aldo Moro, direzzjoni lejn in-Nofsinhar, żdiedu żewġ karreġġjati ġodda. Waqt li diġà kien hemm żewġ kareġġjati li jmorru Raħal Ġdid u Santa Luċija, żdiedu żewġ karreġġjati li jmorru lejn Santa Luċija u Luqa.

Biex tmur Raħal Ġdid, trid tieħu l-kareġġjata tax-xellug biex iddur fuq Vjal Sir Paul Boffa.

Biex tmur Santa Luċija, trid taqbad il-kareġġjata li tieħdok dritt, biex taqbad Vjal Santa Luċija. Biex tmur Luqa u Qormi, trid taqbad l-istess triq, iżda mbagħad iddur lejn il-lemin f’kareġġjata temporanja.