Kards tal-BOV u l-HSBC tista’ tużahom biss fl-ATMs tagħhom

Il-BOV ħabbar li mill-aħħar ta’ Jannar tas-sena dieħla se jidħlu fis-seħħ tibdiliet li se jillimitaw lil dawk li għandhom il-kard tal-Cashlinks tal-istess bank.
In-nies se jkunu jistgħu jiġbdu flus biss mill-magni tal-BOV bil-kard tal-BOV, filwaqt dawk li jużaw is-servizzi tal-HSBC u għandhom il-Quickcash se jkunu jistgħu jagħmlu użu biss mill-magni tal-HSBC.
Il-bank informa li wieħed jista’ jiġbed il-flus mill-HSBC meta tintuża l-BOV Cashlink Visa u l-BOV Cashlink Visa Electron, iżda xi tariffi jistgħu japplikaw.

Minn naħa tiegħu l-HSBC informa lill-klijenti tiegħu permezz ta’ ittra ddattata 21 ta’ Diċembru. Għall-kuntrarju tal-BOV, l-HSBC qalu li din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ mit-13 ta’ Jannar. L-HSBC se jkun qed jibdel il-kards tal-Quickcash ma’ karta ta’ Debitu internazzjonali. Se jidħol fis-seħħ ukoll tibdil fil-Payments Service Directive (PSD), li hi direttiva tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex tagħmel is-servizzi tal-ħlas konsistenti mal-Ewropa, irrispettivament jekk intix qiegħed f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-UE li qiegħed fiż-Żona Ekonomika Ewropea Bit-tibdil li sar fil-PSD il-banek lokali se jitwaqqfu milli joħorġu ‘closed loop cards’ jiġifieri karti ta’ kreditu bħal Quickcash u l-Cashlink.