Kardinal jitlob għal “mediċina tal-ħniena” mhux idejn riġidi

Il-Kardinal Gualtiero Bassetti jinvoka l-"mediċina tal-ħniena"

Il-Kardinal Gualtiero Bassetti, President tal-Konferenza Episkopali Taljan, fil-Laqgħa Internazzjonali tal-Famnilji f’Dublin, tkellemdwar l-Eżortazzjoni Apostolika Amoris Laetitia u qal li r-riġidità dotrinali ma tistax tibqa’ l-forza li tmexxi l-Knisja u minflok irid ikun hemm akkumpanjament tan-nies u flessibilita fil-ġudizzju pastorali.

“Il-Knisja hi dar bil-bibien dejjem miftuħa” qal l-Isqof ta’ Perugia li kien qed jitkellem dwar it-tema “Nakkumpanjaw, Niddixxernu u Nintegraw: il-Fraġilità Umana u l-Amoris Laetitia.”

Filwaqt li d-Dutrina tal-Knisja ma tinbidilx, tieħu in kunsiderazzjoni is-sitwazzjonijiet individwali ta’ kull familja u ta’ kull relazzjoni, anke dawk li ma kienux jeżistu fil-passat.

“Mhux kull irregolarità hi dnub mejjet”, qal il-Kardinal Bassetti. “Jekk inqisu kollox bħala dnub mejjet inkunu qed neskludu kull forma ta’ integrazzjoni. Darba nagħrfu li mhux kull disordni hi dnub mejjet, allura jkun hemm opportunità għad-dixxerniment.”

Huwa qal li ċ-ċurkett jirrappreżenta l-iskop ewlieni u r-rwol taż-żwieġ fil-fidi nisranija u mudell għall-koppji kollha li jixtiequ jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ

“Il-Familja hi mħabba li ssalva d-dinja” qal f’ittra li kiteb lill-Papa Franġisku. Ħied li fl-Amoris Laetitia, il-Papa jitfa’ ħarsa paterna fuq il-familji filwaqt li ma jiċħadx “l-ideal sħiħ taż-żwieġ”.

“Aħna fil-Knisja rridu nħarsu lejn il-familji bl-għajnejn tas-Samaritan it-Tajjeb” qal il-Kardinal Bassetti u mhux sempliċement ngħaddu minn ħdejn dawk li jaqgħu, imma ninżlu ngħinuhom u nressquhom lejn il-Knisja.

“L-istedina tal-Papa biex nakkumpanjaw, niddixxernu u nintegraw, tiftaħ triq li tħalli lill-komunità nisranija “tesprimi d-dinamiżmu sħiħ tal-Vanġelu” żied jgħid.

Filwaqt li uża l-istess analoġija tal-Papa Franġisku li “l-Knisja hi Sptar miftuħ” il-Kardinal issuġġerixxa  li l-Kattoliċiżmu għamdu “jabbraċċja l-mediċina tal-ħniena minflok l-arma tar-riġidità”.

Huwa qal li n-nies u l-familji huma fraġli u kkundanna l-impressjoni ġenerali li dawk li żżewġu fil-Knisja u mbagħad isseparaw mhux inklużi fil-proġett tal-maħfra, il-ferħ u l-grazzja ta’ Kristu.

Mistoqsi  jekk dawk divorzjati u miżżewġa ċivilment għandhomx jitħallew jitqarbnu, l-Kardinal Bassetti sostna l-importanza tad-dixxerniment. Hemm linja fina bejn il-kaxkezza u rigoriożità. Il-laxkezza twassal biex il-qassis jgħid li kollox permissibbli u r-rigorożità ma tħalli ebda lok għal djalogu. It-tnejn huma kontra l-ħniena u allura kontra l-Vanġelu.

“Il-Knisja timxi u tindirizza b’raliżmu x’qed jiġri fid-dinja u fil-ministeru tagħha”. Id-disparità fl-atitudnijiet li nsibu f’parroċċi differenti jissuġerixxu lill-Knisja biex “timxi ‘l quddiem”.

Il-Kardinal ta parir kif wieħed jista’ jakkumpanja koppji u ndividwi bla ma jadotta mġieba żbaljata.  Kultant flok jakkumpanjaw, in-nies jagħmluha ta’ gwida u jkaxkru n-nies lejn il-Knisja. Imma takkumpanja tfisser li timxi flimkien mal-persuna l-oħra. Importanti li nevitaw riċetti magħmula minn qabel u nassiguraw li kull sitwazzjoni tkun miflija b’mod individwali. Aħna msejħa biex niffurmaw il-kuxjenzi tan-nies u mhux biex nissostitwuhom.