Kardinal mhux se jikkontesta l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Congo

Il-Kardinal Laurent Monsengwo Pasinya ta’ Kinshasa ibierek lill-fidili wara quddiesa fil-Kattidral

Il-kardinal Laurent Monsengwo Pasinya ddikjara li mhux se jkun kandidat għall-elezzjoni presidenzjali fir-Republika Demokratika tal-Congo f’Diċembru li ġej “għax għandu affarijiet oħra x’jagħmel”.

Il-pajjiż bħalissa qed iħejji għall-elezzjonijiet ġenerali. Grupp ġdid li qed isejjaħ lilu nnifsu “Dinamika Kristjani għall-Għaqda u d-Demokrazija (DCUD) qed imexxi petizzjoni li titlob lill-Kardinal Monsengwo li hu wkolll-Arċisqof ta’ Kinshasa u membru tal-Kunsill tal-Kardinali kollaboraturi tal-Papa, biex fl-elezzjoni jisfida lill-President Joseph Kabila għall-presidenza.

L-organiżazzjoni li tiġbor fiha diversi għaqdiet tal-lajċi nsara qed issostni li l-Kardinal hu l-unika persuna kredibbli  li jista’ jisfida lill-president attwali.

Stħarriġ riċenti tal-opinjoni pubblika sab li l-Kardinal Monsengwo hu l-aktar persuna rispettata fil-pajjiż u l-persuna lil-poplu jixtieq li jmexxi l-pajjiż imqar għal perjodu transitorju wara li jispiċċa Kabila.

Serge Gontcho kelliem għad-DCUD qal li Monsengwo  joffri alternattiva sigurà u kredibbli biex jassigura alternanza paċifika tal-poter fil-Congo.

Il-Gvern attwali ma rnexxielux u l-Oppożizzjoni ma toffrix alternattiva. Gvern u Oppożizzjoni aktar huma moħħhom biex ikissru lil xulxin.  Biex nibnu Congo għal uliedna, dawk kollha li ma rnexxewx għandhom jitwarrbu u flokhom tidħol forza ġdida.  Għalhekk ħsibna  fil-Kardinal Monsengwa li hu persuna aċċetabbli mill-poplu kollu, qal Gontcho.

Ostaklu ewlieni – apparti li l-Kardinal iddikjara li ma għandu ebda ħsieb li jkun kandidat – hi l-Liġi Kanonika li tipprojbixxi saċerdoti milli jkollhom kariga politika.

Gontchoqal li xejn m’għandu jżomm lill-Kardinal milli jikkontsta l-elezzjoni. “Il-Kardinal Monsengwo jgħaqqad lil kulħadd madwar – kemm lil dawk li huma fil-poter kif ukoll lill-Oppożizzjoni.