Kardinal jikkundanna t-tħarbit ta’ marċ tal-gays fil-Mauritius

Il-Knisja Kattolika fil-Mauritius ikkritikat lill-Musulmani talli mblukkaw il-Gay Pride Parade li kellha ssir fil-belt kapitali ta’ Port Louis.

“Indipendentement mit-twemmin morali tal-individwu dwar l-omosesswalità, nixtiequ nuru l-kundanna tagħna għall-mod kif il-parata tal-LGBT li kellha l-permess tal-Pulizija, kienet ostakolata minn protesti illegali”, qal il-Kardinal Maurice Piat, fi stqarrija.

Ir-Rainbow Collective ppruvat tagħmel il-Gay Pride Parade f’Port Louis aktar kmieni dan ix-xahar, iżda grupp ta’ Musulmani minn Mauritius, b’kartelluni kontra l-gays, inġabru għal laqgħa tagħhom fil-post fejn kellha ssir il-parata u għalhekk l-organizzaturi tal-parata ħassruha biex jevitaw il-ġlied.

Il-Kardinal Piat qal li grupp żgħir ta’ dimostranti ma jirrappreżentawx lill-Musulmani tal-Mauritius.

“Għandna ħafna ħbieb fost il-Musulmani u mhux se nħalltu grupp żgħir ta’ dimostranti mal-komunità Musulmana kollha ta’ dan il-pajjiż”, żied il-Kardinal.

Il-Kunsill tar-Reliġjonijiet tal-Mauritius fi stqarrija appella biex tkun osservata s-Saltna tal-Liġi.

Hekk ukoll il-Prim Ministru Pravind Jugnauth, ikkundanna lill-grupp ta’ Musulmani li waqqfu dan il-marċ. “Is-saltna tal-liġi għandha tipprevali u l-awtoritajiet se jagħmlu dak li hemm bżonn biex affarijiet bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.

Fl-imgħoddi l-Musulmani li fil-Mauritius, huma fil-maġġoranza, organizzaw attivitajiet tal-gays.