Kardinal iwissi dwar it-tnaqqir tal-libertà reliġjuża fil-Pakistan

Cardinal Coutts of Pakistan

Read in English.

L-Arċisqof Joseph Coutts ta’ Karachi li għadu kif inħatar Kardinal wissa dwar it-tnaqqir gradwali tal-libertà reliġjuża fil-pajjiż, għax il-Gvern mhux kapaċi jikkontrolla lil gruppi reliġjużi estremisti.

Coutts, li hu l-ewwel Kardinal mill-Pakistan f’dawn l-aħħar 24 sena, qal li liġi li hemm fil-pajjiż li għandu maġġoranza Musulmana, li suppost saret biex tikkontrolla d-dagħa kontra l-Iżlam, qed tintuża b’mod ħażin kontra l-Kattoliċi.

“Bħalissa din il-liġi qed toħloq ħafna problemi. Hemm nies li qed jispiċċaw maqtula fuq sempliċi akkuża mingħajr ma jkunu proċessati u bla ma l-akkużi jkunu ppruvati.  Il-Gvern mhux b’saħħtu biżżejjed biex jikkontrolla l-estremiżmu li tħalla jiżviluppa fil-pajjiż. Biżżejjed takkuża lil xi ħadd li dagħa, u daqshekk… spiċċajt”, qal il-Kardinal.