Kardinal Awstrijak jiċħad kritika li għamillu wieħed mill-“Karidnali Dubjużi”

Il-Kardinal Awstrijak Schonborn, irrifjuta l-kritika li għamillu l-Kardinal Ġermaniż Gerhard Muller li għadu kif tneħħa mill-kariga li kellu fil-Vatikan, li akkużah li l-interpretazzjoni tal-“Amoris Leatitia”, ma hix konvinċenti.
Aktar kmieni din il-ġimgħa Muller attakka lill-Kardinal Schonborn u oħrajn li qed jitkellmu dwar id-dokument tal-Papa Franġisku dwar il-ħajja tal-familja u qal li l-isforzi ta’ dawn it-talin biex jippruvaw jikkjarifikaw l-elementi dibattibbli tal-Amoris Laetitia, billi jippruvaw jagħmlu distinzjoni bejn dik li hi domma u l-prattika pastorali, ma jikkonvinċu lil ħadd.
Il-Kardinal Muller li tneħħa minn Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Fidi ftit jiem ilu, issuġerixxa li l-Papa għandu jitkellem ma’ dawk il-kardinali li ma qablux miegħu fuq l-Amoris Laetitia.  Iżda il-Kardinal Schonborn ċanfar lill-“kardinal dubjużi” dwar il-mod kif għamlu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra kull proċedura kif dawn għandhom isiru.
“Il-Kardinali li għandhom ikunu l-eqreb kollaboraturi tal-Papa, qed jippruvaw jagħmlu pressjoni fuqu biex iġiegħluh jagħti risposta pubblika għall-ittra li huma ppublikaw.  Din hi imġieba kundanabbli”, sostna l-Kardinal Awsrijak. “Jekk iridu udjenza mal-Papa, jitolbu waħda iżda ma għandhomx jagħmlu pubblika din it-talba tagħhom”, sostna.
Il-Kardinal Christopher Schonborn qal li l-Knisja Kattolika qed tagħmel kulma tista’ biex isaħħaħ il-familja, inkluż familji meqjusa bħala mhux tradizzjonali. “Li tiffavorixxi l-familja ma jfissirx li ma tiffvorix forom oħra ta’ ħajjan- anke fejn hemm relazzjoni bejn tnejn tal-istess sess”.
“Il-familja hi  l-bażi tal-futur u tibqa’ għal dejjem il-bażi ta’ kull soċjeta’” sostna l-Kardinal. Ma għandniex naqtgħu qalbna mill-futur tal-familja minkejja t-theddid soċjali u ekonomiku li qed tiffaċċja.
Illum kulħadd jista’ jiżżewweġ, imma ħafna jagħżlu li ma jiżżewġux. In-numru tal-hekk imsejjħa “sitwazzjonijiet irregolari” żdiedu ħafna għax il-qafas tas-soċjeta’ inbidel ħafna, qal il-Kardinal Awstrijak.