“Karattru sinċier, ċajtier u ta’ qalb tajba” – Borg Manche

Ritratt: Facebook/KennethjohnCutajar

Bosta huma dawk li huma maħsuda bl-aħbar li miet Kennethjohn Cutajar magħruf aktar bħala DJ Timpana. Cutajar, li huwa mill-Gżira, kien magħruf l-aktar ma’ dawk li jiffrekwentaw Paceville, speċjalment adwk li kienu jmorru l-Footloose l-antik.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Cutajar hemm Conrad Borg Manche, is-Sindku tal-Gżira li ddeskriva lil Kennethjohn bħala “karattru sinċier, ċajtier u ta’ qalb tajba”.

Ritratt: Facebook/ConradBorgManche

Cutajar huwa wkoll iz-ziju taż-żeffien magħruf Warren Bonello li ddeskrivieh bħala wieħed ta’ karattru storbjuż u anki umoristiku.

Strieħ fis-sliem!