Karattru ġdid fis-sensiela Vittmi

Illejla fl-10pm fuq l-istazzjon Net se jixxandar it-tmien episodju mill-ewwel staġun tas-sensiela Vittmi ta’ Lino Grech. F’dan l-episodju se jkun qed jingħaqad mal-cast l-attur Michael Sciortino fil-karattru ta’ social worker li jmur fid-dar ta’ Aldo u Emma biex jitkellem ma’ Karmenu u Ġovanna.

Intant, il-ħbieb ta’ Aldo u Emma issa indunaw b’dak li qed jiġri, għalkemm fl-istess waqt isibuha diffiċli jaċċettaw is-sitwazzjoni.

Karmenu, wara żjara mingħand Ġovanna, imur l-uffiċju ta’ Emma fejn jistaqsiha jekk hux qed tiltaqa ma’ xi ħadd! X’se tkun it-tweġiba ta’ Emma? U minn fejn sar jaf Karmenu? Għaliex se jheddidha li jieħdilha l-kustodja tat-tfal?

X’jiġri meta jerġa’ jidħol fix-xena Tonio waqt li jkun qed jitkellem fuq it-telephone ma’ Nicole?

Waqt li Emma tkun il-bar ma’ Frank tirċievi telefonata u titlaq b’urġenza? Min ċemplilha?

Vittmi għandu kitba ta’ Lino Grech bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri DeCarlo.

Id-disa’ puntata mill-ewwel staġun mistennija tixxandar it-Tnejn fl-10pm.