Kappillani ġodda għal Ħal Għaxaq u Ħal Luqa

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna ħatar żewġ Kappillani ġodda għall-Parroċċi ta’ Ħal Għaxaq u Ħal Luqa.
Dun Gordon Refalo: Kappillan Ħal Għaxaq
Dun Gordon Refalo (ritratt xellug), li bħalissa qed iservi bħala Kappillan ta’ Ħal Luqa, se jibda l-ħidma pastorali tiegħu bħala Kappillan ta’ Ħal Għaxaq li tiġbor fiha 5,120 persuna.
Dun Gordon għandu 56 sena u serva bħala Viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun u anke wettaq ħidma pastorali fin-Naxxar.
Huwa kien ukoll Kappillan ta’ Santa Luċija, l-Ibraġ u s-Swatar.
Bejn l-2012 u l-2016, Dun Gordon kien il-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani.
Dun Michael Zammit għal Ħal Luqa
Post Dun Gordon f’Ħal Luqa se jkun qed jieħdu Dun Michael Zammit li għandu 31 sena
Għal dawn l-aħħar snin, Dun Michael serva bħala Viċi Kappillan fil-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat.
Huwa kien ukoll religious counsellor fil-Kulleġġ ta’ San Nikola, ir-Rabat u fil-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq u Ħal Qormi.
Il-Parroċċa ta’ Ħal Luqa tiġbor fiha 5,600 persuna.