Kappillan jidħol fin-nar biex isalva l-Kuruna tax-Xewk

Il-Kappillan tal-Brigata tat-Tifi ta’ Nar ta’ Pariġi, Dun Jean-Marc Fournier daħal fil-Katridal ta’ Notre Dame waqt li kien għadu maħkum minn nar, biex isalva r-relikwa tal-Kuruna tax-Xewk ta’ Kristu.

AQRA: Aġġornata (2): Filmat: Parti mill-Katidral Notre Dame tikkollassa minħabba nirien

L-editur tal-istazzjon Kattoliku televiżiv KTO, Etienne Loraillere qal li Dun Fournier daħal fil-Katridal ta’ Notre Dame biex isalva r-relikwa tal-Kuruna tax-Xewk ta’ Kristu u s-Sagrament Imqaddes.

AQRA: Ritratti: Macron iwiegħed li l-Katidral Notre Dame jinbena mill-ġdid

Il-Kappillan ġie deskritt bħala ‘eroj’ minn sorsi viċin is-servizzi tal-emerġenza li kienu fuq il-post mal-ġurnal Ingliż Daily Mail.

AQRA: Nirien Notre Dame: L-Arċisqof f’laqgħa kommoventi mal-Ambaxxatur Franċiż

Is-sorsi komplew jgħidu li Fournier daħal bla biża’ u mar dritt jiġbor ir-relikwa. Il-Kappillan huwa diġà famuż għax f’Novembru 2015 kien daħal jiġri ġewwa l-istabbilment f’Bataclan fejn kien seħħ attakk terroristiku. Huwa kien mar jagħti farraġ lil dawk li kienu baqgħu ħajjin.

Ilbieraħ kien lejl twil għall-pumpieri u t-timijiet ta’ emerġenza fuq il-post. Għaddew madwar 9 sigħat qabel man-nar ġie parzjalment kontrollat.