Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Qrendi

Fr Glen Buhagiar inħatar bħala kappillan tal-paroċċa tal-Qrendi.
Hu twieled fit-19 ta’ April 1980, u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St Francis f’Bormla u fil-kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pietà.
Wara li temm l-edukazzjoni post-sekondarja, Fr Glen kompla l-istudju terzjarji fil-Filosofija u Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2008, u beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa taż-Żurrieq fejn ilu jservi bħala viċi arċipriet għal dawn l-aħħar sitt snin.
Matul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali fl-iskola sekondarja tas-subien Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
Il-parroċċa tal-Qrendi, fejn se jkun qed jagħmel il-ħidma tiegħu, tiġbor fiha madwar 2,775 persuna f’820 familja.